L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju 2022.
Salm 37 (38)
(I) Talba ta’ midneb fil-periklu Dawk kollha li kienu jafuh qagħdu jaraw kollox mill-bogħod. (Lq 23,49)
Mulej, la ċċanfarnix fil-korla tiegħek, * la twiddibnix fis-saħna tiegħek! Għax il-vleġeġ tiegħek daħlu fija, * u idek tagħfas fuqi.
Xejn mhu sħiħ f’ġismi minħabba l-għadab tiegħek; * m’hemmx saħħa f’għadmi minħabba ħtijieti. Għax dnubieti telgħu ’l fuq minn rasi, * bħal toqol kbir għalija jagħfsu fuqi.
Glorja.
Ant. 1: Mulej, la twiddibnix fis-saħna tiegħek.
Ant. 2: Sidi, quddiemek hi x-xewqa kollha tiegħi.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/