hemm il-Mulej jagħti l-barka

 


Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ġimgħa 16 ta’ Settembru 2022.

Salm 132 (133)

Il-hena tal-aħwa magħqudin qalb waħda
Ejjew inħobbu ’l xulxin, għax l-imħabba ġejja minn Alla. (1 Ġw 4,7). 

Kemm hi ħaġa sabiħa u ħelwa, *
li l-aħwa jgħammru flimkien!
Bħal żejt mill-aħjar imsawwab fuq ir-ras, *
li jinżel mal-leħja ta’ Aron
li jinżel mal-leħja tiegħu *
sa fuq il-għonq ta’ ħwejġu.
Hu bħan-nida tal-Ħermon, *
li tinżel fuq l-għoljiet ta’ Sijon;
għax hemm il-Mulej jagħti l-barka, *
hemm jagħti l-ħajja għal dejjem. 

Glorja.

Ant. 2: Il-ġemgħa kbira ta’ dawk li emmnu kienu ruħ waħda u qalb waħda.

Ant. 3: Żommni minn idejn il-ħżiena, Mulej, fortizza tas-salvazzjoni tiegħi.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/