mimdud fuq friexi, fik niftakar

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum il-Ħamis 15 ta’ Settembru 2022.

Salm 62 (63):2-9

Ir-ruħ għatxana għal Alla
Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad egħmejjel il-lejl. 
Alla, Alla tiegħi int; *
lilek ħerqan infittex.Ruħi bilgħatx għalik, †
għalik imxennaq jiena, *
bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.
Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *
biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.
Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *
xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek. 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *
ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.
Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *
u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,
meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *
u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.G
ħax int kont għajnuna għalija, *
għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
Miegħek tingħaqad ruħi, *
int tweżinni bil-leminija tiegħek. 

Glorja.

Ant. 1: Mulej Ġesù, miegħek tingħaqad ruħi.

Ant. 2: Nifirħu, għax qegħdin nissieħbu fit-tbatijiet ta’ Kristu.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/