Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum it-Tlieta 24 ta’ Awwissu.
Salmodija
Ant. 1: Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien.
Salm 62 (63):2-9
Ir-ruħ għatxana għall-Alla Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad egħmejjel il-lejl.
Alla, Alla tiegħi int; * lilek ħerqan infittex. Ruħi bilgħatx għalik, † għalik imxennaq jiena, * bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma. Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, * biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek. Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, * xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.
Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; * ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek. Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, * u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa, meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, * u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl. Għax int kont għajnuna għalija, * għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ. Miegħek tingħaqad ruħi, * int tweżinni bil-leminija tiegħek.