L-uffiċċju tal-qari, illum it-Tnejn 23 ta’ Awwissu.
Salmodija
Ant. 1: Il-liġi tal-Mulej tferraħ il-qalb u ddawwal l-għajnejn.
Salm 18B (19B)
Tifħir ’l Alla, Sid il-LiġiKunu perfetti, bħalma perfett
Missierkom tas-sema. (Mt 5,48) Il-liġi tal-Mulej perfetta u tagħti l-ħajja; * ix-xhieda tal-Mulej hi sewwa, u tgħallem lil min ma jafx. Il-Preċetti tal-Mulej dritti, u jferrħu l-qalb; * il-kmandament tal-Mulej safi, u jdawwal l-għajnejn.
Il-biża’ tal-Mulej sinċier, u jibqa’ għal dejjem; * il-ġudizzji tal-Mulej sewwa, u mseddqa għalkollox. Egħżeż mid-deheb, mid-deheb l-aktar fin, * oħla mill-għasel u mill-qtar tax-xehda.
Fehemhom sewwa l-qaddej tiegħek; * ħlas tajjeb għandu min iħarishom. In-nuqqas min jista’ jagħrfu? * Minn dak li ma nafx bih saffini. U mill-kburija wkoll ħares lill-qaddej tiegħek, * tħalliha qatt taħkimni. Imbagħad inkun bla ħtija * u ħieles minn dnub kbir.
Ħa jkunu milqugħa quddiemek † kliem fommi u ħsieb qalbi, * Mulej, blata tiegħi u feddej tiegħi.