la tħallinix għal kollox!

 

Talb a’ nofs il-jum, illum it-Tlieta 6 ta’ Ġunju 2023.

Salm 118 (119):1-8

(I – Alef)
Ħsibijiet fuq il-kelma tal-Mulej fil-liġiDin hija l-imħabba ta’ Alla, li nżommu l-kmandamenti tiegħu. (1 Ġw 5:3) 

Henjin dawk li triqthom bla ħtija, *
li jimxu fil-liġi tal-Mulej.
Henjin dawk li jħarsu l-preċetti tiegħu, *
u li jfittxuh b’qalbhom kollha. 

Huma ma jagħmlux ħażen, *
imma jimxu fit-triqat tal-Mulej.
Int tajt il-preċetti tiegħek, *
biex inħarsuhom bir-reqqa. 

Ħa jżomm sħiħ il-mixi tiegħi *
fil-ħarsien tal-kmandamenti tiegħek!Imbagħad ma jkollix għax nistħi, *
la naħseb fuq il-kmandamenti tiegħek kollha. 

Imbagħad infaħħrek b’qalb safja, *
meta nitgħallem id-digrieti ġusti tiegħek.
Irrid inħares il-kmandamenti tiegħek; *
la tħallinix għal kollox! 

Glorja.

Ant. 1: Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej.

Ant. 2: Tifraħ qalbi għall-għajnuna tiegħek.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/