
Ma hemmx aħbar u lanqas kliem
Scroll down for the English version.
L-uffiċċju tal-qari, il-Ħamis 25 ta’ April 2024
Salm 18A (19A)
Tifħir il-Mulej fil-ħolqien tiegħu
Alla tagħna mill-għoli ġie jżurna bħax-xemx tiegħla, biex imexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem. (Lq 1:78-79)
Is-smewwiet ixandru l-glorja ta’ Alla, *
għemil idejh tħabbar il-firxa tas-sema.
Jum lill-ieħor jagħti l-aħbar. *
Lejl lill-ieħor iwassal it-tagħrif.
Ma hemmx aħbar u lanqas kliem, *
ma hemmx leħen li ma jinstemax.
Mal-art kollha jasal leħinhom, *
mad-dinja kollha jinxtered kliemhom.
Lix-xemx għamlilha għarix fihom; †
u hi, bħal għarus ħiereġ minn kamartu, *
ferħana bħal ġgant għall-ġirja tagħha,
minn tarf is-smewwiet hi toħroġ, †
sat-truf l-oħra d-dawran tagħha; *
xejn ma jinħeba mis-sħana tagħha.
Glorja.
Ant. 1: Mal-art kollha jasal leħinhom, mad-dinja kollha jinxtered kliemhom, hallelujah.
Ant. 2: Għemil il-Mulej ixandru, u jifhmu sewwa kulma għamel, hallelujah.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/
In English
Office of the Readings, Thursday 25 April 2024
Psalm 19A
Praise the Lord, Creator of all
The dawn from on high shall break upon us … to guide our feet into the way of peace (Luke 1:78, 79).
The heavens proclaim the glory of God *
and the firmament shows forth the work of his hands.
Day unto day takes up the story *
and night unto night makes known the message.
No speech, no word, no voice is heard
yet their span extends through all the earth, *
their words to the utmost bounds of the world.
There he has placed a tent for the sun;
it comes forth like a bridegroom coming from his tent, *
rejoices like a champion to run its course.
At the end of the sky is the rising of the sun;
to the furthest end of the sky is its course. *
There is nothing concealed from its burning heat.
Glory to the Father, and to the Son, *
and to the Holy Spirit:
as it was in the beginning, is now, *
will be for ever. Amen.
Read the full psalm on http://www.ibreviary.com/m2/breviario.php?s=ora_media



