quddiem għajnejk l-imġiba tiegħi kollha

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ġimgħa 13 ta’ Mejju 2022.

Salm 118 (119):161-168

XXI (Sin) 

Il-kbarat għal xejn b’xejn jagħmlu għalija, *
imma minn kelmtek tibża’ qalbi.
Ferħan jien minħabba l-wegħda tiegħek, *
bħal min isib xi priża kbira. 

Il-qerq nobogħdu u nistkerrhu, *
imma l-liġi tiegħek inħobbha.
Seba’ darbiet kuljum infaħħrek *
għad-digrieti ġusti tiegħek. 

Sliem bil-bosta għal min iħobb il-liġi tiegħek; *
ma hemm ebda tfixkil għalihom.
Nistenna s-salvazzjoni tiegħek, Mulej; *
u nħares il-kmandamenti tiegħek. 

Ruħi tħares il-preċetti tiegħek; *
u jiena nħobbhom ħafna.
Inħares il-preċetti u l-kmandamenti tiegħek; *
quddiem għajnejk l-imġiba tiegħi kollha. 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/