Nidħlu ferħana
Fit-tempju tal-Mulej li stedinna,
Biex f’għaqda waħda,
Ninġabru ħdejn l-artal la hu sejħilna.
Rit:
Ġesù hu l-Mulej
U tagħna lkoll huwa l-Feddej,
U ma nħalluhx fit-tul jistenna.
Nidħlu ferħana,
Biex ngħixu ma’ Ġesù f’dawn il-mumenti
La hu tant ħabbna
Li tana b’wirt etern is-Sagramenti. Rit:
Nidħlu ferħana,
Sabiex niltaqgħu żgur ma’ Kristu Sidna
Għax se jilqagħna,
La miegħu magħqudin ilkoll iridna. Rit:
Ninġabru Nsara, bl-akbar ferħ u ħeġġa
Ħa mmorru, immorru sa Betlehem
Hemm iben Alla, f’għar naraw imwieled
Rit:
Ninxteħtu fl-art bil-qima x3
Nadurawh.
Lil Alla minn Alla dawl mid-dawl ta’ dejjem
Ġiebet ix-xbejba ta’ Nażaret
Dak tassew Alla, sid tal-art u s-sema Rit:
Għas-sejħa tal-anġli, Ir-rgħajja dlonk telqu
Ħa jżuru l-maxtura, fejn twieled Ġesù
U bl-akbar ħeġġa, immorru magħhom Rit:
Ir-rgħajja ferħana lejn l-għar marru jiġru
Jgħannu u jġorru r-rigali
Magħhom ningħaqdu noffru l-qlub tagħna Rit:
Mulej ġejna qrib artalek,
Għalkemm ħafna miġburin,
B’imħabbitna lkoll ningħaqdu
F’qalb Ġesù, Ibnek ħanin.
Ilqa’ talbna, o kbir Alla,
Fih int tisma’ lill-Feddej
Isma’ kelmtu fil-kant tagħna
Kristu, Ibnek, il-Mexxej.
Darba raw id-demm u l-ilma,
Issa biss il-ħobż, l-inbid;
Darba bata bħala bniedem;
Issa biss taħt xebh irid.
Mulej, int sejjaħtli x3
Fejn hemm int ninħabbu lkoll.
Int it-triq li twassalni …..
Int id-Dawl li tmexxini …..
Int il-ħobż li tgħajjixni …..
Int il-ġid li tferraħni …..
Missieri sejjaħtli,
Hawn jien, f’darek ġejt,
Imħabbtek biex tgħidli
Tiġbidni trid lejk.
Semmagħni tagħlimek fi triqti rrid.
Ir-rieda qawwili ħa nġorr is-salib.
Ġejt ngħanni ma’ ħuti
Fis-sewwa t-twemmin,
Ta’ Ibnek l-imħabba li feda l-bnedmin.
U nfaħħrek bla heda,
Hekk kif fil-Quddies,
F’kull siegħa ta’ ħajti:
Fix-xogħ’l fil-mistrieħ.
Din l-għanja hi talba
Imsieħba mal-frott,
Tal-qalb li hi niedma,
Tal-qalb li trid tħobb.
Mulej, Sid il-ħajja,
Int l-hena tal-qlub,
Nitolbok biex tbiegħed
Kull ħsara u kull dnub.
Rit:
Radd il-ħajr lilek nagħtu, o Mulej,
Li ssejħilna lkoll madwar l-artal,
Biex nistqarru il-misteru kbir tal-fidi
Li jgħaqqadna f’ġisem wieħed
Ma’ xulxin. x2
Miġburin hawn f’riġlejk
Ilkoll qalb waħda,
Biex infaħħruk b’ruħna safja
U nagħtuk ġieħ,
Qlubna ferħana flimkien
Jgħollu leħinhom,
Ħa jgħannulek mill-aktar għana ħlejju,
Jgħannulek kull tifħir. Rit:
Imxennqin u għatxana għal imħabbtek,
Għandek ġejna, ilqagħna niedma u safja,
Int il-Ħajja u fik biss it-tama tagħna,
Fik insibu l-mistrieħ u l-kenn tagħna,
Mir-rwiefen li jhedduna. Rit:
Int Mulej tagħti sens lil ħajjitna
U ħdejna tkun, magħna timxi tul it-triq,
Il-kelma tiegħek hi għajn
Li tnixxi l-ħajja,
Ħejjejthielna biex biha lkoll nitrejqu,
Bħal aħwa magħqudin. Rit:
Insebbħuk u nberkuk, o Alla tagħna,
Int ħanin u taħfrilna minn ħtijietna
Das-sagrifiċċju li sejrin noffrulek,
Flimkien m’Ibnek
Il-Vittma mingħajr tebgħa,
Jifdina u jqaddisna. Rit:
Madwar artalek, Mulej, hawn inġbarna:
Ilqajna s-sejħa li int għamiltilna.
Fis-skiet u l-ġabra, ilkoll fehma waħda,
Qima u foħrija nagħtuk għalenija.
Rit:
Dan huwa Ġismi
Ejjew ħudu u kulu!
Dan huwa Demmi
Ejjew ħa tixorbu!
Sabiex il-mewt tiegħi
Xxandru għal dejjem:
Agħmlu dan kollu
Sakemm jiena niġi,
Agħmlu dan kollu b’tifkira tiegħi.
Madwar artalek, Mulej, hawn inġbarna
Sabiex nitrejqu b’dan l-ikel tiegħek
Ittina nixorbu d-demm għażiż tiegħek
Li jnissel fina l-ħajja ta’ dejjem. Rit:
Madwar artalek, Mulej, hawn inġbarna
Sabiex bil-ħerqa nitolbuk l-għajnuna
Agħtina li nduqu minn issa f’did-dinja
Is-sliem u l-paċi li inti taf tagħti. Rit:
Magħqudin b’fehma waħda ngħajtulek,
O Mulej, nitolbuk, nagħtuk ġieħ;
Hawn f’riġlejn l-artal tiegħek iltqajna,
Biex noffrulek ix-xogħ’l w il-mistrieħ.
Kun is-sliem u l-għajnuna ta’ ruħna;
Biegħed minna kull ħsara, kull dnub;
Inwegħduk imħabbitna għal dejjem;
Fik tamitna: Int l-hena tal-qlub
Ftaħna t-toroq tagħna beraħ
u żejjinna djarna wkoll
Biex int terġa’ timxi fostna
U tagħrafna lkoll ilkoll.
Qtajna l-palm il-ġdid mill-ġonna
Ħa nsellmulek int w għaddej
Fommna nħall biex b’din l-Osanna
l-isbaħ merħba ntuk Mulej.
Rit:
Osanna, Osanna
Imbierek min ġej f’isem il-Mulej.
x2
Ibqa’ ħdejna biex il-baħar
Terġa’ ssikktu meta jqum.
Mexxi d-dgħajsa tqila tagħna
Lejn ix-xatt sa tmiem il-jum.
Erġa’ rodd is-saħħa ’l-morda
Erġa’ farraġ ’l-imnikktin
Erġa’ aħfer lill-midinba
Erġa’ qajjem lill-mejtin. Rit:
Idħol magħna ġewwa djarna
Aħdem magħna b’dawn l-idejn
Kul mill-mejda li ħejjejna
Qrqod magħna dan il-lejl.
Itla’ magħna l-għolja tqila
Aqa’ magħna tul it-triq
Egħreq magħna dan il-għaraq
Olfoq magħna dan l-ilfiq. Rit:
Itlob magħna t-talb imweġġa’
Ħoss ġo għadmek il-weġgħat
Nixxi magħna d-demm u l-ilma
Bati magħna t-tliet sigħat.
Għasses sewwa l-qabar tagħna
Sa ma r-raqda tagħna ddum
U qajjimna kif qomt inti
Maż-żerniq tat-tielet jum. Rit:
Dieħla ġo qalbi
Hena ttini u ħlewwa
Tqattar mimlija
Bit-tagħrif tas-sewwa.
Sabiħa l-ħajja
Meta hi mibnija
Bl-imħabba t’Alla
Li ħalaqha għalija.
Rit:
Ħajr nagħtu ’l Alla
Għall-ġmiel li hawn madwarna
Hu ħejja d-dinja
Għalija u għalik.
Min xegħel il-kwiekeb
Tella’ x-xemx ħanina
Il-qamar ħiemed
Li l-wens jagħtina.
Il-ward fil-ġnejna
L-ikħal nir tal-baħar
L-ilmijiet safja
Min bihom jiftaħar? Rit: