Ejja fina, Spirtu Qaddis
Ejja u imla l-qlub tagħna
Int il-wegħda li għamlilna Ġesù
U li dejjem tibqa’ magħna.
Ejja fina, Spirtu Qaddis
Ejja u dawwal ir-ruħ tagħna
U mexxina mal-medda taż-żmien
Fid-dawl tiegħek tiggwidana.
Rit:
Libbisna bil-qawwa,
O Spirtu ta’ Ħajja
Flimkien ħaġa waħda, imqanqlin
O Spirtu ta’ Alla l-Ħaj.
Libbisna bil-qawwa,
O Spirtu ta’ Ħajja
Fik ngħixu fl-imħabba, fik biss
O Spirtu ta’ Alla l-Ħaj.
Kebbes fina, Spirtu Qaddis
Nar li jħeġġeġ il-qlub tagħna
Li timliena bil-ħajja mill-ġdid
U fi mħabbtek tiffurmana. Rit:
Jgħajtu s-smewwiet
Kull glorja lill-Mulej irxoxt
M’hemm xebh imkien
Mas-sbuħija tal-Mulej.
Rit:
Għal dejjem Hu magħruf
B’ħakkiem tassew ħaruf
Quddiemu hieni mmil
U lilu jiena nqim.
Inxandar jien
Il-glorja tal-Mulej irxoxt
Maqtul Hu kien
Biex jgħaqqad m’Alla lilna lkoll. Rit:
Issa l-ħin li nfaħħru lill-Mulej
Fil-maqdes tal-Ispirtu Qaddis tiegħu.
Rit:
Ħarsitkom lejh ittir, ħa jibda t-tifħir
U l-glorja tal-Mulej tgħattina lkoll.
Infaħħruh (infaħħruh)
Infaħħruh (infaħħruh)
Hu jgħammar fit-tifħir tal-poplu tiegħu
Jitgħaxxaq bina meta nduru lejh. Rit:
Don’t you know it’s time to
Praise the Lord
In the sanctuary of his Holy Spirit.
Ref:
So set your mind on him
And let your praise begin
And the glory of the Lord
Will fill this place
Praise the Lord (praise the Lord)
Praise the Lord (praise the Lord)
He lives within the praises of his people
He loves to hear us call upon his name.
Inħoss l-ispirtu riesaq lejja
Biex jeħlisni mill-irbit.
Fuq l-inxif bħal xmara għaddejja.
Joħloq fija bniedem ġdid.
Inħoss l-imħabba …
Inħoss il-paċi …
Inħoss ’il Kristu …
Alleluia, Alleluia …
Jien niġi hawn quddiemek
Biex ngħanni għanja għalik
Tifħir u qima għanjieti
Radd ta’ ħajr irrid nagħtik.
Int tajtni ħajja mogħnija
Mimlija mħabba għalik
U issa rrid ngħanni
Kull tifħir irrid nagħtik.
Rit:
Int Missier il-ħolqien kollu
Il-Ħaruf t’Alla l-ħaj
Int li qomt minn bejn l-imwiet
Qabar vojt ħallejt fis-skiet
Tajt ħelsien lill-poplu tiegħek
Fl-imħabba magħqudin
U miegħek nimxi rrid
Tul ħajti lejl u nhar.
We come into your presence
To sing a song to You
A song of praise and honour
For all the things
You’ve helped us through
You gave a life worth living
A life in love with you
And now I just love giving
All my praises back to you.
Ref:
You’re the Father of Creation
The Risen Lamb of God
You’re the one who walked away
From the empty tomb that day
And you’ve set your people free
With love and liberty
And I can walk with you
Every night and every day.
I will call upon the Lord
Who is worthy to be praised
So shall I be saved from my enemies.
Ref:
The Lord liveth
And blessed be my rock
And let the God of my salvation
Be exalted. x2
Rit:
Iftħu qalbkom beraħ għal Kristu
Huwa jagħraf x’hemm
Ġewwa kull bniedem.
Iftħu qalbkom, mingħajr biża’,
Fittex ilqa’ llum lil Kristu.
Kristu Qaddej t’Alla
U ta’ kull bniedem il-qaddej
Lilna huwa jibgħat
Biex bħalu naqdu lill-bniedem. Rit:
Kristu għinni inti
Biex bħalek jiena nkun
Qaddej umli ta’ kull bniedem
Biex l-imħabba biss inwassal. Rit:
Kristu Int b’salibek
Tajtna r-rebħa ta’ kull żmien
Dik tal-Ħajja fuq il-mewt,
Dik tal-maħfra fuq id-dnub. Rit:
Kristu għinna nilqgħu
Lil salibek biex inkunu,
L-idejn tiegħek, il-qalb tiegħek
Illi jħobbu lill-bnedmin. Rit:
Ejjew nilqgħuh, ejjew nilqgħuh x2
Mir-raqda fis qumu
u ngħaskom tajruh
jum ġdid qed iżernaq
għal min jgħix fid-dmugħ.
Kull min fid-dlam qiegħed
Dawl jilmaħ sabiħ
Is-sid tal-qlub tagħna
Tal-lejl hu rebbieħ.
Rit:
Nibnu lkoll ta’ Alla l-belt
Biex bil-ferħ jimtlew il-qlub tagħna
Għaliex Hu l-imħabba u d-dawl
Il-lejl biddlilna fin-nhar.
Ulied aħna tal-għodwa
Ulied aħna tal-jum
Għax dak illi ħabbna
Jgħix magħna kuljum.
Is-sid tat-tjubija
Jixtieqna f’kull żmien
Bħal dawl għall-ġens tiegħu
Ħa jsib il-ħelsien. Rit:
Alla hu d-dawl
U fih xejn dlam ma nsibu
Ejjew nimxu warajh
Għax aħna wliedu lkoll.
U farrġu ġens tiegħi
Bil-ħlewwa kellmuh
Il-belt tiegħi għożżu
Twelidha xandruh. Rit: