Dħul

Ħares lejna Mulej

Ħares lejna, Mulej, ulied imħabbtek,
F’din il-għodwa li wrietna l-ħelsien;
Isma’ ’l qlubna fil-hena jlissnulek
L-isbaħ għanja li ntisġet maż-żmien.

Ħajr Mulej ħajr li b’mewt ħassart dnubna
Tajtna l-ħajja u s-sebħ fil-qawmien.
Fik ilqagħna biex bħalek mal-qawma
Niksbu r-rebħa f’saltnatek bla tmiem.

Ħdejk jien ġejt Mulej

Jien tas-sema u l-art is-sid
Smajt ta’ ġensi d-dmugħ u l-krib
Kull min jgħix fid-dlam u d-dnub
Neħilsu fis.
Jien li ħlaqt il-kwiekeb sbieħ
Dlam f’dawl nibdel minnfih
Min se jwassal dan id-dawl?
Nibgħat lil min?

Rit:
Ħdejk jien ġejt Mulej
Lili trid, Mulej?
Leħnek smajtu fil-ħemda tal-lejl
Jien immur fejn trid
Jekk tmexxini Int
F’qalbi ngħożż il-poplu l’ Int għażilt.

Jien tal-ksieħ u s-sħana s-sid
Doqt l-uġigħ ta’ ġens marid
Għax ħabbejthom lilhom bkejt
’Ma tawni l-ġenb.
Qlubhom iebsa nibdel jien
U nkebbishom bin-nirien
Jien ngħidilhom li nixtieq
Nibgħat lil min? Rit:

Here I am Lord

I, the Lord of sea and sky
I have heard my people cry
All who dwell in dark and sin
My hand will save.
I who made the stars of night
I will make their darkness bright
Who will bear my light to them?
Whom shall I send?

Ref:
Here I am, Lord, is it I Lord
I have heard you calling in the night
I will go Lord, if you lead me
I will hold
Your people in my heart.

I, the Lord of snow and rain
I have borne my people’s pain
I have wept for love of them
They turn away.
I will break their hearts of stone
Give them hearts for love alone
I will speak my word to them
Whom shall I send? Ref:

I, the Lord of wind and flame
I will tend the poor and lame
I will set a feast for them
My hand will save.
Finest bread I will provide
Till their hearts be satisfied
I will give my life to them
Whom shall I send? Ref:

Ħdejn artalek

Ħdejn artalek ersaqna, kbir Alla,
Ħa noffrulek foħrija flimkien;
Nitolbuk tieqaf magħna, taħfrilna;
Niżżuk ħajr għal tjubitek f’kull żmien.

Aħna rridu naħarbu mill-ħażen
U niċċaħħdu f’daż-żmien tar-randan,
Biex nogħġbuk, o Mulej, u nitqaddsu;
Int li fdejtna, li ssaltan setgħan.

Għajnejja Nerfa’

Għajnejja nerfa’ lejn l-għoljiet
Minn fejn l-għajnuna nsib?
L-għajnuna minnek insibha dejjem
Ħallieq tas-sema w l-art.

Rit:
Neħtieġek Mulej qrib,
It-tama fik insib talbi inti biss
Nistenna lilek jien tagħtini l-ħelsien
Ħajja ’ttini Int.

I lift my eyes up

I lift my eyes up, to the mountain
Where does my help come from?
My help comes from you
Maker of heaven
Creator of the earth.

Ref:
Oh how I need you Lord,
You are my only hope
You are my only prayer
So I will wait for you
To come and rescue me
Come and give me life.

Għanja ta’ radd il-ħajr

Imnebbaħ mill-abjad li jiksi l-ward,
Fuq fommi l-kant ħelu bla qatra ta’ mrar,
Bħal David nixtieq li minn qalbi nkanta
B’ferħ kbir dik il-għanja
Li toħroġ minn qalbna.

Rit:
Ejjew nidħlu
B’għana ta’ radd il-ħajr
Ngħannulu b’għajjat ta’ ferħ,
B’għajjat ta’ ferħ.
O, o, o, ah, o, o, o, ah!

Ħa nidħlu quddiemek inċapċpu idejna
U nxandru bil-ferħ is-salib li bih fdejtna
Kien dak is-salib illi ħafer kull ħtija
Biex b’hekk imħabbtek
Tidher kollha dija. Rit:

Ġej fi ħdanek, Mulej

Ġej, fi ħdanek, Mulej, biex twennisni;
La int miegħi m’għandix għaliex nibża’,
Smajt il-leħen ta’ Sidi jsejjaħli
U ġejt niġri ġol-maqdes għal ħdejh.

Jiena fraħt, o Mulej, xħin qaluli:
“Ejja mmorru fid-dar tal-Mulej”,
Tkellem mela, Mulej, jien nisimgħek;
Inti Sidi u jien il-qaddej.

Tkun imfaħħar, Mulej issa u dejjem,
Minn fejn titla’ sa tinżel ix-xemx;
Idek, Alla, tkun dejjem fuq niesek;
Ma rridux naħarbulek, Mulej.

Ġej il-Mulej

Ġej il-Mulej jaħfer ’il-midinba,
Ġej il-Mulej biex jeħles l-imjassrin,
Ġej il-Mulej iħobb ’il-għedewwa,
Ġej il-Mulej iqajjem ’il-mejtin.

Inqumu u ntajru n-ngħas tagħna
Ħa jiddi fuqna l-Feddej
Nistenbħu ħa nistennewh bit-tama,
Nithennew fil-jum tal-Mulej.

Ġej il-ħellies ifejjaq ’il-morda,
Ġej il-ħellies iqawwi lid-dgħajfin,
Ġej il-ħellies ħa jgħolli liċ-ċkejkna,
Ġej il-ħellies iferraħ ’l-imdejqin.

Ġej il-Mulej iħobb ’il-għedewwa,
Ġej il-Mulej iqajjem ’il-mejtin,
Ġej il-ħellies ħa jgħolli liċ-ċkejkna,
Ġej il-ħellies iferraħ ’l-imdejqin.

Ġejna Hawn Flimkien

Ġejna hawn flimkien nagħtuk tifħir
Għal ismek kbir Mulej Qaddis. x2

Lill-Missier Alla, lill-Iben t’Alla l-ħaj
U lill-Ispirtu, inroddu ħajr. x2

Alleluia, alleluia. x2