Huma wkoll tgħarrfulhom x’kien ġralhom fit‑triq, u kif kienu għarfuh fil‑qsim tal‑ħobż.
Luqa 24, 35
Nistgħu tassew insiru l‑Poplu Qaddis ta’ Alla magħqud ħaġa waħda bil‑qawwa tad‑Difensur (Parakletos) u l‑Għalliem waħdieni biss jekk inkunu attenti għalfejn l‑Ispirtu s‑Santu jixtieq iwelled u jżomm ħaj il‑“ġisem ta’ Kristu” f’nofsna. Hemm sitt spazji distinti fis‑soċjetà Maltija tal‑lum fejn il‑Knisja trid tiddixxerni liema prattiċi ser jagħtu l‑aħjar xhieda tar‑rikonċiljazzjoni, formazzjoni u kontemplazzjoni ta’ Kristu billi fil‑konkret tfittex li tilqa’, tisma’ u takkumpanja:
il‑periferiji fejn jgħammru dawk li huma vulnerabbli;
spazji fejn in‑nies jiltaqgħu biex jiddevertu u jinnegozjaw, fejn joħolmu u joħolqu l‑futur tagħhom;
l‑istituzzjonijiet pubbliċi li jirregolaw il‑ħajja tagħna flimkien;
l‑ispazji fi ħdan il‑Knisja, b’mod partikolari l‑parroċċi, il‑movimenti lajkali u l‑istituzzjonijiet reliġjużi;