L-attitudnijiet pastorali ta’ Kristu f’Għemmaws

Bħalma jiġri lil popli oħra, artna, l‑istorja tagħna, il‑qima u l‑missjoni tagħna huma dejjem mhedda mill‑perikli tal‑kilba, tal‑firda u tal‑kburija. Bid‑doni tal‑fejqan u l‑fidwa li jagħtina Kristu, jeħtieġ li nħarsu sewwa lejn dak li qed jhedded it‑tessut kulturali tagħna llum u nitħabtu biex nibnu (mill‑ġdid) dar u ġrajja waħda, immarkata bix‑xewqa għat‑traxxendenza.

Bil‑ħarsa tagħha msammra fuq Kristu, l‑Imgħallem Veru tagħha, il‑Knisja titgħallem dawk l‑attitudnijiet li jagħmlu l‑kultura tagħna iktar awtentika u umana. Mir‑rakkont ta’ Għemmaws joħorġu erba’ attitudnijiet pastorali li jisfidawna biex nitgħallmu kif inkunu Poplu ta’ kontemplazzjoni, rikonċiljazzjoni, formazzjoni u missjoni fi żminijietna:

  • Knisja li tisma’
  • Knisja li tilqa’
  • Knisja li takkumpanja
  • Knisja li toħroġ

(mid-dokument Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed, 29-30)