O Alla, int tgħaqqad il-fidili tiegħek flimkien, bil-fehmiet kollha tagħhom; u tiġborhom rieda waħda bejniethom; agħmel li l-poplu tiegħek ikun iħobb il-preċetti tiegħek u jixtieq il-ġid li inti twiegħdu, biex fost il-ħafna tibdil ta’ din id-dinja, il-qlub tagħna jieqfu fis-sod fejn hemm tassew il-hena. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Kolletta tal-Wieħed u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena
Nota: Preċetti huma regoli jew ordnijiet li jikkontrollaw jew jirregolaw l-imġieba jew il-ħsieb. Fil-kuntest biblika, huwa terminu użat biex jirreferi għall-ordnijiet ta’ Alla, ewlenin fosthom l-Għaxar Kmandamenti (ara KKK, par. 1955). F’din it-talba, bil-Latin, il-kelma tradotta fi “preċett” qiegħda f’forma verbali, hekk li litteralment tiġi “agħmel li l-poplu tiegħek ikun iħobb dak li inti tordna (jew tamar).”