Ferja

Lil Gesu Ostja

O Ġesù, li fiċ-ċkejkna Ostja bajda
Issejħilna sabiex niġu ħdejk,
Nadurawk, o Sultan maħbub tagħna,
Mixħutin għarkopptejna f’riġlejk.

Rit:
Ħeġġeġ qlubna
Bil-fjammi ta’ mħabbtek
Li minn qalbek għal qlubna ħerġin,
Sabiex miegħek għal dejjem inkunu
O Ġesù, b’għaqda sħiħa mwaħħdin.

L-anġli tiegħek madwarek jgħannulek
L-isbaħ għana bi ġmielek mgħaxxqin,
Aħna magħhom minn qalbna ngħidulek:
“Għalik biss aħna lkoll imħeġġin”. Rit:

Lilek biss, o Ġesù, aħna rridu
B’qalbna nħobbu sa nibqgħu ħajjin.
Għax Int biss tħobbna lilna bl-imħabba,
Li tagħmilna għal dejjem henjin. Rit:

Lilek Mulej tifħir u glorja

Rit:
Lilek Mulej tifħir u glorja. x4

Għall-ħlejjaq kollha li inti tajtna
Ix-xemx u l-qamar li l-ħajja jdawlu
L-ilma u x-xita li l-frott isaħħu
Il-ġonna s-siġar li d-dinja jlewnu. Rit:

Glorj’ għall-għoljiet, l-ibħra u x-xmajjar,
Li ta’ idejk il-kobor juru
Għal din l-art sbejħa li ridt iżżejjen,
Li liln’offrejt biex lilha nħobbu. Rit:

Għax fuq din l-art il-ħajja tagħna
Għandha tifsir biss jekk noffrulek
Għanja ta’ ħajr, u jekk ninsġulek
B’noti mill-oħla innu ta’ glorja. Rit:

Kull ħin imbierek ismu

Kull ħin imbierek ismu,
Tifħiru dejjem f’fommi;
Ruħi tiftaħar fil-Mulej,
L-umli jisma’ kelmtu,
Il-miġruħ jimtela bil-ferħ:
Ejjew flimkien ħa ngħannu lill-Mulej.

Rit:
Imbierek Int Mulej
Għal dejjem ta’ dejjem; fittixtek,
Weġibtni u ħlistni mit-tiġrib.
Imbierek Int Mulej
Għal dejjem ta’ dejjem,
Ejjew flimkien
Ħa ngħannu lill-Feddej.

L-anġlu tiegħu jgħasses
Madwar dawk li jibżgħu minnu
Biex jeħlishom mit-telfien.
Minkejja l’hawn il-ħażen,
It-tajjeb ma jonqosx;
Ejjew flimkien ħa ngħannu lill-Mulej. Rit:

Kemm inti Kbir

O Alla kbir, kif timlieni bil-għaġeb
Xħin nara l-opri
X-xogħol ta’ dawk idejk!
Nilmaħ il-kwiekeb
Nisma’ r-ragħda tkarwat!
Tixhed kull ħlejqa l-qawwa ta’ dirgħajk.

Rit:
Ninfexx ngħannilek għanja ta’ tifħir
Kemm inti kbir, kemm inti kbir.
Tgħannilek qalbi għanja ta’ tifħir
Kemm inti kbir, kemm inti kbir.

U meta naħseb li dan Alla ’l Ibnu
Ma ħafirhiex, u għalija bagħtu jmut
Biex fuq salib dnubieti b’ferħa jsammar
U jxerred demmu u jmut biex jiena ngħix. Rit:

Meta fis-skiet, bi ħsibijieti mdawla
Jien naħseb fik, u x-xogħol ta’ jdejk sabiħ
Nara s-smewwiet, bi stilel sbieħ imsawba
Jew nisma’ r-ragħad, max-xita u mar-riħ. Rit:

Nisma’ l-għasfur jgħannilek għanja ħelwa
Nara l-ħolqien, il-bhejjem żgħar u kbar
Ikolli ngħid, kull m’għamilt kollu sewwa
Int tmajtna lkoll, mingħajrek xejn ma sar Rit:

Imbagħad xħin smajt Li Alla bagħat lil Ibnu
Jien bilkemm stajt naċċetta illi miet
U l-fatt li hu minn fuq salib salvani
U ħa minn ħajti t-toqol tad-dnubiet. Rit:

Kewkba tal-ħajja

Kewkba tal-ħajja u bint is-sema,
Fik il-kbir don tal-Maternità
Raġġ tax-xemx qawwi, ixgħel id-dinja,
Fik tiddi fost il-ħlejjaq, il-Verġinità.
O Marija, mimlija kollok glorja.

Rit:
Ommna beata, ta’ fidi sħiħa
Biddlilna int lil qalbna, lil moħħna.
Jiddi l-ġmiel tiegħek
Bil-ferħ jimliena,
Int Omm universali
Agħtina lil Ġesù.
O Marija, mimlija kollok glorja.

It-Trinità għandha pjan xi twettaq
Li l-Verb isir bniedem
Għandha bżonn ta’ ġuf
Alla jfittex tfajla u Omm jagħmilha
L-umanità kollha titnissel f’Ġesù.

Int bint Missierna u Omm ta’ Iben
B’dellu jgħattik l-Ispirtu s-Santu.
Inbid li jferraħ fuq din il-mejda,
Int l-għan ta’ din il-festa, il-ferħ tagħna lkoll,
O Marija, mimlija kollok glorja. Rit:

Kif għexet Marija

Mulej għalik irridu ngħixu
Ħajjitna noffru kollha lilek
Ma’ dan il-ħobż u dan l-inbid
Nitolbuk tilqa’ dak li aħna.

Mulej għalik irridu ngħixu
Mitlufa wara l-kelma tiegħek
Miftuma minn kull ħaġa fiergħa
Marbuta biss mal-ħajja vera.

Rit:
Irridu ngħixu, kif għexet Marija
Il-mara unika, l-Omm tant maħbuba
Li d-dinja tirbaħ mal-imħabba
Dejjem inwasslu l-ħajja tiegħek
Li tiġi mis-sema.

Ilqa’ Mulej minn dawn idejna
Daqs kieku offerta tant għal qalbek
Ix-xewqa li kull wieħed għandu
L-inkwiet tal-ħajja kollha tagħna.

Mulej għalik irridu ngħixu
Imħeġġa sew bil-kelma Tiegħek
Biex nerġgħu nagħtu lil kull bniedem
Il-fjamma ħajja ta’ mħabbtek. Rit:

Irrid nieħu sehem

Irrid nieħu sehem, sehem l-aktar ħaj
Fit-talba ta’ radd il-ħajr li Ibnek għamillek
Xħin offra ġismu u demmu wkoll
Fis-sagrifiċċju mdemmi tal-Kalvarju.

Rit:
O Missier, Alla ħaj
Inroddulek ħajr
Fit-talba Ewkaristika ta’ Ibnek
Magħqudin ġewwa fih
Qed noffrulek il-ġieħ
Li tak fis-sagrifiċċju tal-Kalvarju.

Irrid nieħu sehem, sehem l-aktar ħaj
Fit-talba ta’ radd il-ħajr li Ibnek għamillek
Xħin joffri lilna fil-ħobż u l-inbid
Fis-sagrifiċċju mdemmi tal-Kalvarju. Rit:

Irrid nieħu sehem, sehem l-aktar ħaj
Fit-talba ta’ radd il-ħajr li Ibnek għamillek
Xħin noffru ħajjitna, nissieħbu f’Ġesù
Fis-sagrifiċċju mdemmi tal-Kalvarju. Rit:

Infaħħru lil Marija

Infaħħru lil Marija
L-omm t’Alla u tal-bnedmin
Ngħannulha l-isbaħ għanja
Bil-ferħ ta’ qlub safjin.

Rit:
Marija omm ħanina
Minn qalbna nitolbuk
Għallimna dejjem iżjed
Ta’ wliedek inħobbuk.

Int l-isbaħ fost il-ġilji
Li jgħammru fil-widien
Il-ġmiel tal-bjuda tiegħek
Hu l-għaxqa ta’ kull żmien. Rit:

Il-vjola l-iżjed ħelwa
Li tfewwaħ ħdejn is-sies
Hi xbieha l-iżjed ċkejkna
Ta’ rżintek mingħajr qies. Rit:

M’hemmx warda ġewwa l-ġonna
M’hemmx kewkba fis-smewwiet
Li ġmielhom int ma tisboq
Ja omm tal-imħabbiet. Rit:

Int tgħaġġeb bi qdusitek
Kemm anġli u qaddisin
Sultana isellmulek
Bi ġmielek imgħaxxqin. Rit:

Inħoss l-ispirtu

Inħoss l-ispirtu riesaq lejja
Biex jeħlisni mill-irbit.
Fuq l-inxif bħal xmara għaddejja.
Joħloq fija bniedem ġdid.

Inħoss l-imħabba …

Inħoss il-paċi …

Inħoss ’il Kristu …

Alleluia, Alleluia …

Alla hu d-dawl

Rit:
Alla hu d-dawl, Hu d-dawl
U s-salvazzjoni tiegħi x2

Ħa nidħlu bil-ferħ ħdejn Alla l-Missier
Li lilna jsejħilna ulied.
Ħa nidħlu bil-ferħ ma’ Kristu Ġesù
Għax b’dawlu jiksina hu ried.
Hu l-ferħ ta’ qlubna; Hu l-ferħ ta’ ruħna
U dawlu jfawwarna bil-hena. Rit:

Ħa nidħlu bil-ferħ
Biex nagħrfu mill-ġdid
Imħabbtu għalina l-bnedmin.
Ħa nidħlu bil-ferħ ma’ Kristu Ġesù
Marbuta ma’ qalbu henjin.
Hu r-re tal-glorja; Hu r-re tal-qawwa
Li jgħammar ġo dija li tgħammex. Rit:

Ħa nidħlu bil-ferħ għax konna msejħin
Biex ninżgħu għemejjel id-dlam.
Ħa nidħlu bil-ferħ nifirħu b’ Ġesù
Għax rebaħ lill-mewt u qam.
Hu d-dawl tad-dinja;
Hu d-dawl tal-bniedem
Li jinfed id-dalma tal-ħażen. Rit: