Ferja

Kollox Nagħtik Mulej

Ħu
Mulej dawn l-offerti,

dan
il-ħobż dana l-inbid.

Ħu
Mulej dak kollu l’għandna

Kull ma
nħobb u kull ma rrid

lilek
nagħtik.

Ħu
dil-qalb li qed noffrulek

hi mimlija
ferħ u hemm

Noffri
wkoll il-ħajja tiegħi

Kull ma
nħobb u kull ma rrid

lilek
nagħtik.

Kristu
stess li miet għalina

mis-salib
għalina lkoll

Ħobbu
lil xulxin bħal aħwa

Kull ma
nħobb u kull ma rrid

lilek
nagħtik.

Ejjew mela
noffru qalbna

lill-Mulej
tas-sema w l-art

Ħu
Mulej dak kollu l’għandna

Kull ma
nħobb u kull ma rrid

lilek
nagħtik.

Henjin

Henjin
il-foqra f’qalbhom

Għax
is-saltna tagħhom tkun.

Henjin
dawk għall-ħaqq imġewħa

Għax
fis-saltna tixbgħu żgur.

Henjin
jekk jobogħdukom

Ġejtu
minnhom mifdijin.

Henjin
intom li ċċanfartu.

‘Ħabba
s-sewwa mwarrbin.

Kantaw u
mlew qalbkom bil-ferħ

Għax
ħlaskom kbir fis-sema jkun. (x2)

Hieni int
li ħadd ma jħobbok

Għax
fis-saltna maħbub tkun.

Hieni int
li llum qed tibki

Għax
fis-saltna msabbar tkun.

Hieni int
li ġejt imċanfar

‘Ħabba
ismi mkasbar kont.

Hieni int
li ħdimt għall-paċi

‘Ħabba
s-sewwa msakkar kont.

Kantaw
u mlew …

Kun tagħhom ir-Ragħaj

Għażiltek
u ħtartek għalija

U
mal-poplu tiegħi kun

Għażiltek
biex lilhom tmexxi

U
fil-mixja qrib tagħhom tkun

Ħudhom
f’mergħat kollha ħdura,

Fejn hemm
mistrieħ u sliem

Qalbhom
imkissra u mweġġgħa

Weħidhom,
bi spirtu għajjien

Irgħa
l-ħrief tiegħek, ħu ħsiebhom ilkoll

Dawk
qrib, sew dawk bogħod jeħtiġuk

Wasslilhom
il-Kelma li ’l qalbhom tmiss

Imxi
qabilhom u huma jsegwuk.

Kun
tagħhom ir-ragħaj!

Kun magħna
għax mitlufa nfittxu

Mexxina u
urina t-triq

Għax
dgħajfa sawwab fuqna żejt safi

Imlina
bl-Ispirtu, qalbna tfiq. Rit.

Kun
tagħhom ir-ragħaj!

Tagħhom
ir-ragħaj!

Kun
tagħhom ir-ragħaj!

L-ispirtu tal-Mulej

L-Ispirtu
tal-Mulej qed jistrieħ fuqi,

L-Ispirtu
talMulej ikkonsagrani;

ħa
nwassal bxara tajba,

bxara
tajba lill-fqajrin,

faraġ
u sliem, ħelsien lill-imjassrin.

L-Ispirtu
t’għerf u dehen qed jistrieħ fuqi,

idawwal
triqti twila, ftit mudlama;

jagħtini
għanja ġdida,

x’ngħanni
b’ħeġġa lill-bnedmin,

kliem
mimli sliem inxandar lil kulħadd.

L-Ispirtu
ta’ kuraġġ qed jistrieħ fuqi,

ħa
nagħti xhieda ħajja ta’ twemmini;

jislifni
l-qawwa tiegħu

biex
inxandar kullimkien

l-isbaħ
aħbar: is-Saltna ta’ Ġesù.

L-Ispirtu
kollu paċi jistrieħ fuqi,

bħal
xmara t’hena kbir issawwab fija;

biex fommi
jlissen, jgħanni

kliem
Ġesù, is-Salvatur,

li fostna
ġie iferraħ l-imnikktin.

L-Ispirtu
tal-imħabba jistrieħ fuqi,

l-Ispirtu
ta’ Ġesù qed iħeġġiġni;

biex bħalu
nagħti ħajti,

qalbi
noffri lill-bnedmin,

ħa
jseħħ issliem, ikollna ferħ dejjiem.

My Life is in You

My
life is in you Lord,

my
strength is in You Lord

My
hope is in you Lord,

in
You, its in You (x2)

I
will praise you with all of my life

I
will praise you with all of my strength

With
all of my life

With
all of my strength

All
of my hope is in you!

Nilmħu l-Mulej

Nilmħu
l-Mulej, nilmħu l-Mulej.

Bis-sebħ
ta’ ġmielu nindunaw

Tant
qawwija hi d-dija

U hemm
qtajjiet t’eluf oħrajn

Jaduraw
lil min ħalaqhom.

Ma’
l-anġli nagħtuh qima

Ma’
l-anġli nagħtuh qima

Ma’
l-anġli nagħtu qima lill-Mulej.

Hu
l-Mulej, Hu l-Mulej.

Huwa qam
minn bejn l-imwiet għax hu l-Mulej.

Kull
irkobba tmil, kull ilsien jistqarr:

Ġesù
hu il-Mulej.”

Isaiah 49

I will never forget
you my people,

I have carved you on
the palm of my hand,

I will never forget
you,

I will not leave you
orphans,

I will never forget my
own.

Does a mother forget
her baby,

Or a woman the child
within her womb?

Yet even if these
forget,

Yes even if these
forget,

I will never forget my
own.

I
will never forget you…

Jekk qatt ma ħassejt

Jekk qatt ma
ħassejt in-nar tax-xemx

Jekk int qatt ma
nżilt fil-baħar blu

Jekk lanqas biss
taf xi jfisser dal-kliem,

Kif tista’
tgħid min Jien?

Jekk qatt ma
ħassejt il-ferħ tal-Mulej,

Jekk qatt ma
ħabbejt lil Alla l-Feddej

Intefa’
f’riġlejh u agħraf min hu

U hekk tkun sibt
lil Ġesù.

U Ġesù
għadu fid-dinja

Għalkemm
ħafna snin għaddew,

Għax dan
Alla huwa mħabba

Lilu ħafna
nies ħabbew.

Ġesù
Alla tiegħi agħtini idejk

Kun Int id-dawl
tiegħi fiż-żmien li ġej

Titlaqnix waħdi
‘żda żommni ħdejk

Ġesù
ħanin Mulej.

Jekk qatt ma
ħassejt il-ferħ tal-Mulej

Jekk qatt ma
ħabbejt lil Alla l-Feddej

Intefa’
f’riġlejh u agħraf min hu

U hekk tkun sibt
lil Ġesù.

U
Ġesù għadu fid-dinja…

Talba lill-Madonna

O xebba kollok
sbuħija

Qed nitolbok bi
qdusija

Ħenn għal
ħuti l-bnedmin

Li b’xi dnub huma
mċappsin

O kbira Ommna
Marija

Jien ħabbejtek
mill-quċċija

Jien ftaħt
lilek dawn l-idejn

U b’hekk jiena
inġbidt lejk

Marija Omm Alla u
tal-bnedmin

Nitolbuk hawn
mixħutin

Żomm idejk fuq
iċ-ċkejknin tagħna

Li
tant iħobbu lill-Bambin

Inħobbok f’min hu fqir

Għax ngħid
li nemmen fik Mulej

Li mħabbti
kollha għalik,

Jekk ma narakx
fil-fqir magħkus

Li l-ikbar xebħ
jagħtik?

Kif għandi
l-ħila ngħid li Int

Tinsab fil-ġmiel
tal-ward,

U ninsa ‘l
min jinsab fil-għaks

Fil-qtiegħ ta’
qalb, fil-mard?

Kif tista’
qalbi tfur bil-ferħ

W għanjietha
tgħolli lejk,

Jekk mogħmi ma
nilmaħx li hemm

Imsallab ħija
ħdejk?

L-inbid u l-ħobż
li jiena nduq

M’humiex se
jtuqu r-ruħ

Jekk ma nismax
l-għajat maħnuq

Ta’ min
jinsab bil-ġuħ!

Mulej inħobbok
f’min hu fqir

Li jġegħelni
nemmen fik,

Għax nilmħek
f’kull min hu magħkus

Li l-ikbar xebħ
jagħtik.